L-arkivji tal-web tal-Parlament Ewropew

X’inhu l-arkivjar tal-web?

L-arkivjar tal-web jippreserva l-kontenut tal-web għall-ġenerazzjonijiet futuri u jagħmlu aċċessibbli għall-pubbliku, anke jekk ma jkunx għadu disponibbli fuq is-sit web oriġinali.

L-arkivjar tad-dokumenti jsegwi linji gwida differenti – ara “Fejn nista’ naċċessa l-arkivji tad-dokumenti?”.

Fejn nista’ naċċessa l-arkivji tal-web tal-Parlament?

Il-Parlament Ewropew jarkivja s-siti web tiegħu regolarment u fi tmiem ħajjithom, u jagħmilhom disponibbli fuq l-arkivju tal-web tal-UE. Dan ir-repożitorju jippreserva l-kontenut tas-siti web mill-istituzzjonijiet, l-aġenziji u l-korpi tal-UE. Tista’ taċċessa direttament:

X’jiġi arkivjat?

Il-Parlament jarkivja kontenut ta’ siti web li:

  • għandu valur politiku, legali, informattiv, utli, ta’ riċerka, soċjali, kulturali, storiku jew artistiku sinifikanti fit-tul;
  • jikkorrispondi għall-valuri, il-missjonijiet u l-mandati tal-istituzzjoni;
  • huwa rilevanti għall-partijiet ikkonċernati tal-istituzzjoni u/jew għall-pubbliku inġenerali.

X’ma jiġix arkivjat?

  • Siti web esterni
  • Bażijiet ta’ data
  • Kontenut dinamiku
  • Media soċjali
  • Siti protetti b’password
  • Streaming u media li tista’ titniżżel

Fejn nista’ naċċessa l-arkivji tad-dokumenti?

L-arkivji tad-dokumenti huma differenti mill-arkivji tal-web. F’ambitu ta’ trasparenza u responsabbiltà, dawn ikopru d-dokumenti prodotti jew riċevuti mill-istituzzjoni bħala appoġġ għall-attivitajiet tagħha jew bħala eżitu ta’ dawn l-attivitajiet.

Ir-reġistru pubbliku tad-dokumenti fih referenzi għad-dokumenti prodotti u riċevuti mill-Parlament minn Diċembru 2001. Il-maġġoranza ta’ dawn id-dokumenti tista’ titniżżel mis-sit web.

Biex tiġi ppreservata l-memorja tal-Parlament, l-arkivji storiċi jaħżnu dokumenti pubbliċi maħluqa u riċevuti mill-Parlament bħala parti mill-attivitajiet u l-missjonijiet tiegħu. Il-formati tad-dokumenti jvarjaw u jinkludu testi stampati jew diġitali, ritratti, reġistrazzjonijiet awdjo jew vidjo.

Għandek bżonn għajnuna?

Ikkuntattja l-webmaster f’każ li jkollok bżonn aktar informazzjoni dwar l-arkivji tal-web tal-Parlament Ewropew.